AGM 2016

Is-Segretarju irċeva 4 emendi għall-Istatut

Numru 1- Proposta minn 9h1pi u 9h1es u ssekondata minn 9h1bw u 9h5ts - Għaddiet

Tinbidel:

6.6.5 Il-hatra ta' l -ufficjali tal-Kumitat issir minn fost l-istess membri li jkunu gew eletti f'din l-elezzjoni.

U ssir:

6.6.5 Meta wieħed jikkontesta għal elezzjoni, irid jindika għal liema kariga jew karigi ser ikun qiegħed jikkontesta l-elezzjoni skond 6.1.0. Il-membri għandhom jivvutaw bil-preferenza tagħhom għal kull kariga b'numru, fejn in-numru wieħed jindika l-ewwel preferenza, n-numru tnejn jindika t-tieni preferenza etc. F'każ li żewġt kontestanti jgibu l-istess numru ta' l-ewwel preferenza, jingħaddu t-tieni preferenzi. Jekk jerġgħu jiksbu l-istess voti jingħaddu il-preferenzi kollha segwenti. Jekk jibqgħu bl-istess numru ta' voti terġa' issir elezzjoni ta' dik il-kariga u f'kaz li jerġgħu iġibu l-istess numru ta' voti, tiġi applikata 6.6.6. F'każ li persuna tiġi eletta għal aktar minn kariga waħda, din il-persuna għandha tagħżel liema kariga ser tokkupa. F'każ li kariga tiġi kontestata min persuna waħda u tissodisfa 6.1.0, awtomatikament tikkwalifika għall-kariga. F'każ li kariga ma tiġix ikkontestata, tiġi applikata 6.6.6 għal dawk il-kontestanti mhux eletti fl-istess elezzjoni u sussegwement tiġi miftuħa għall-membri li jissodisfaw 6.1.0.

 

Numru 2 - Proposta minn 9h1es u 9h1vw u ssekondata minn 9h1at u 9h1pi Irtirata minn 9h1es

Il-President tal-MARL għandu jiġi maħtur waqt il-laqgħa ġenerali mill membri preżenti.

 

Numru 3 - Proposta minn 9h1es u 9h1vw u ssekondata minn 9h1at u 9h1xe Ma għaddietx

Membru biex ikun eliġibli għal kumitat irid ikun jifhem sewwa bil-Malti u jaqra bil-Malti.

 

Numru 4 - Proposta minn 9h1es u 9h1vw u ssekondata minn 9h1at u 9h1xe Għaddiet

L-elezzjoni għal membri tal-kumitat għandha ssir kull sena, minflokk kull sentejn.

 

 

Ivan 9h1pi,

M.A.R.L. Hon. Secretary.